Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Settembru 2015 – Anagnostu et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-72/11)1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċeduri ta’ promozzjoni 2010 u 2011 – Rata multiplikatriċi ta’ referenza – Artikolu 6(2) tar-Regolamenti tal-Persunal – Miżuri tranżitorji għall-perijodu li jmur mill-1 ta’ Mejju 2004 sat-30 ta’ April 2011 – Artikolu 9 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal – Iffissar tal-limiti ta’ promozzjoni – Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista tal-uffiċjali promossi – Interess ġuridiku)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Anastasios Anagnostu et (Woluwe-Saint-Pierre, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Currall, aġent)

Suġġett tal-kawża

Talba intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni ta’ ffissar tal-limiti ta’ promozzjoni għall-proċeduri ta’ promozzjoni 2010 u 2011 fil-gradi AD13 u AD14 u, min-naħa l-oħra, għall-annullament tal-lista tal-uffiċjali promossi fil-gradi AD13 u AD14 għall-proċedura ta’ promozzjoni 2010, u l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti promozzjoni lil numru ikbar ta’ uffiċjali fil-gradi AD12 jew AD13.Dispożittiv Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tas-26 ta’ Novembru 2010 li ma tagħtix promozzjoni lil M. Antoulas, M. Bruni, M. Nicolaidou-Kallergis u M. Xanthopoulos huma annullati.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati erba’ partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati erba’ partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

____________

1 ĠU C 290 tal-01/10/2011, p.20.