Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Settembru 2015 – Gioria vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-82/14) 1
(Uffiċjal pubbliku – Kompetizzjonijiet ġenerali – Kompetizzjoni EPSO/AST/126/12 – Relazzjoni ta’ parentela bejn membru tal-Bord tal-Għażla u kandidat – Kunflitt ta’ interessi – Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal – Reklutaġġ ta’ uffiċjali li jkollhom l-ogħla kwalitajiet ta’ integrità – Deċiżjoni li l-kandidat jiġi eskluż mill-kompetizzjoni)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Roberto Gioria (Veruno, l-Italja) (rappreżentant: M. Cornacchia, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi eskluż mill-kompetizzjoni EPSO/AST/126/2012 minħabba l-fatt li ma informax lill-Kumitat ta’ Selezzjoni li kien hemm relazzjoni ta’ parentela bejnu u wieħed mill-membri tal-Bord tal-Għażla.Dispożittiv Ir-rikors huwa miċħud.R. Gioria għandu jbati nofs l-ispejjeż tiegħu.Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għal nofs l-ispejjeż ta’ R. Gioria.
____________1 ĠU C 388, 3.11.2014, p32.