Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Nacional - Spanja) – Federación de Servicios Privados del sindicato Comisiones obreras (CC.OO.) vs Tyco Integrated Security SL, Tyco Integrated Fire & Security Corporation Servicios SA

(Kawża C-266/14) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali –Direttiva 2003/88/KE – Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema – Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol – Artikolu 2(1) – Kunċett ta’ ‘ħin tax-xogħol’ – Ħaddiema mingħajr post tax-xogħol fiss jew abitwali – Ħin għall-ispostament bejn id-dar tal-ħaddiema u s-siti tal-ewwel klijent u tal-aħħar klijent)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Nacional

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Federación de Servicios Privados del sindicato Comisiones obreras (CC.OO.)

Konvenuta: Tyco Integrated Security SL, Tyco Integrated Fire & Security Corporation Servicios SA

Dispożittiv

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/88/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fiċ-ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-ħaddiema ma għandhomx post tax-xogħol fiss jew abitwali, jikkostitwixxi “ħin tax-xogħol”, fis-sens ta’ dik id-dispożizzjoni, il-ħin għall-ispostament li dawn il-ħaddiema jiddedikaw għall-ispostamenti ta’ kuljum bejn id-dar tagħhom u s-siti tal-ewwel u tal-aħħar klijent indikat mill-persuna li timpjegahom.

____________

1 ĠU C 282, 25.8.2014.