Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sø- og Handelsretten - id-Danimarka) – Post Danmark A/S vs Konkurrencerådet

(Kawża C-23/14) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 82 KE – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Suq għad-distribuzzjoni tal-posta fi kwantità kbira – Reklamar dirett bil-posta – Sistema ta’ tnaqqis retroattiv – Effett ta’ esklużjoni – Kriterju tal-kompetitur daqstant effettiv – Livell ta’ probabbiltà u natura serja ta’ effett antikompetittiv)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Sø- og Handelsretten

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Post Danmark A/S

Konvenuta: Konkurrencerådet

Dispożittiv

Sabiex jiġi stabbilit jekk sistema ta’ tnaqqis, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, implementata minn impriża f’pożizzjoni dominanti jistax jkollha effett ta’ esklużjoni fis-suq, bi ksur tal-Artikolu 82 KE, għandhom jiġu eżaminati ċ-ċirkustanzi kollha f’dan il-każ, b’mod partikolari l-kriterji u r-regoli dwar l-għoti tat-tnaqqis, l-estensjoni tal-pożizzjoni dominanti tal-impriża kkonċernata u l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-kompetizzjoni fis-suq rilevanti. Iċ-ċirkustanza li l-imsemmija sistema ta’ tnaqqis tkopri l-parti l-kbira tal-klijentela fis-suq tista’ tikkostitwixxi indizju utli dwar l-importanza ta’ din il-prattika u dwar l-impatt tagħha fis-suq, u b’hekk issaħħaħ, b’kull probabbiltà, l-effett ta’ esklużjoni antikompetittiv.L-applikazzjoni tal-kriterju tal-“kompetitur daqstant effettiv” ma tikkostitwixxix kundizzjoni indispensabbli sabiex tiġi kkonstatata n-natura abbużiva ta’ sistema ta’ tnaqqis, fid-dawl tal-Artikolu 82 KE. F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-applikazzjoni tal-kriterju tal-“kompetitur daqstant effettiv” hija rrilevanti. L-Artikolu 82 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-artikolu, l-effett antikompetittiv ta’ sistema ta’ tnaqqis użata minn impriża f’pożizzjoni dominanti, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jkun probabbli, mingħajr ma jkun meħtieġ li jintwera li huwa ta’ natura gravi jew notevoli.

____________

1 ĠU C 78, 15.3.2014.