Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obvodní soud pro Prahu 6 (ir-Repubblika Ċeka) fis-26 ta’ Ġunju 2015 – Marcela Pešková, Jiří Peška vs Travel Service a.s.

(Kawża C-315/15)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Obvodní soud pro Prahu 6

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marcela Pešková, Jiří Peška

Konvenuta: Travel Service a.s.

Domandi preliminari

Il-kolliżjoni ta’ ajruplan ma’ għasfur tikkostitwixxi avveniment fis-sens tal-punt 22 tas-sentenza tat-22 ta’ Diċembru 2008 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea [fil-Kawża] C-549/07 [EU:C:2008:771] (iktar ʼil quddiem is-“sentenza Wallentin-Hermann”) jew tikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-premessa 14 tal-preambolu tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 2 (iktar ʼil quddiem ir-“Regolament”), jew [tali kolliżjoni] ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kunċetti ċċitati iktar ʼil fuq?

Jekk il-kolliżjoni ta’ ajruplan ma’ għasfur hija ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-premessa 14 tar-Regolament, it-trasportatur bl-ajru jista’ jikkunsidra bħala miżuri raġonevoli maħsuba sabiex tiġi evitata tali kolliżjoni, il-mekkaniżmi ta’ kontroll fuq bażi preventiva implementati, b’mod partikolari madwar l-ajruporti (bħal pereżempju, deterrenti tal-għasafar bil-ħsejjes, kooperazzjoni mal-ornitologi, l-eliminazzjoni ta’ spazji li fihom tipikament jinġabru jew itiru l-għasafar, deterrenti tal-għasafar bid-dawl, eċċ)? X’jikkostitwixxi f’dan il-każ avveniment fis-sens tal-punt 22 tas-sentenza Wallentin-Hermann?

Jekk il-kolliżjoni ta’ ajruplan ma’ għasfur tikkostitwixxi avveniment fis-sens tal-punt 22 tas-sentenza Wallentin-Hermann, din tista’ tiġi kkunsidrata wkoll bħala avveniment fis-sens tal-premessa 14 tar-regolament u jista’, f’tali każ, jiġi kkunsidrat bħala ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-premessa 14 tar-regolamentl, l-assjem ta’ miżuri tekniċi u amministrattivi li t-trasportatur bl-ajru għandu jadotta wara l-kolliżjoni ta’ ajruplan ma’ għasfur li ma tkunx madankollu għamlet ħsara lill-ajruplan?Jekk il-miżuri tekniċi u amministrattivi kollha adottati wara l-kolliżjoni ta’ ajruplan ma’ għasfur li ma tkunx madankollu għamlet ħsara lill-ajruplan jikkostitwixxu ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-premessa 14 tar-regolament, it-trasportatur bl-ajru jista’ jkun rikjest li jieħu inkunsiderazzjoni, anki waqt l-ippjanar tat-titjiriet, ir-riskju li jkun neċessarju li jeżegwixxi dawn il-miżuri tekniċi u amministrattivi wara l-kolliżjoni ta’ ajruplan ma’ għasfur u li huwa jeħodhom inkunsiderazzjoni fil-ħinijiet tat-titjira fil-kuntest ta’ miżuri raġonevoli?Kif għandu jiġi evalwat l-obbligu tat-trasportatur ta’ kumpens għad-danni fis-sens tal-Artikolu 7 tar-Regolament fil-każ fejn id-dewmien jiġi kkawżat mhux biss mill-miżuri amministrattivi u tekniċi adottati wara l-kolliżjoni ta

l-ajruplan ma’ għasfur li ma tkunx għamlet ħsara lill-ajruplan, iżda wkoll, f’parti kbira tagħha, mit-tiswija ta’ ħsara teknika li ma hijiex marbuta mal-kolliżjoni ċċitata iktar ʼil fuq tal-ajruplan ma’ għasfur?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8. ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 7, Vol. 1, p. 306.