Language of document : ECLI:EU:F:2015:159

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAT-TIELET AWLA

TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU

TAL-UNJONI EWROPEA

17 ta’ Diċembru 2015

Kawża F‑30/15

Alkis Diamantopoulos

vs

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

“Ftehim bonarju fuq inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir tal-kawża”

Suġġett:      Rikors imressaq taħt l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA bis-saħħa tal-Artikolu 106a tiegħu, li bih A. Diamantopoulos jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tad-29 ta’ April 2014 tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 12 taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2012. Huwa jitlob ukoll l-assenjazzjoni tad-danni.

Deċiżjoni:      Il-Kawża F‑30/15, Diamantopoulos vs SEAE, hija mħassra mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Il-partijiet għandhom ibatu l-ispejjeż skont il-ftehim milħuq bejniethom.

Sommarju

Rikorsi tal-uffiċjali – Ftehim bonarju dwar it-tilwima quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – Tħassir tal-kawża mir-reġistru

(Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikoli 84 u 91)

(ara l-punt 4)