Language of document : ECLI:EU:F:2016:6

DIGRIET TAL-PRESIDENT TAL-EWWEL AWLA TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWRPEA

28 ta’ Jannar 2016

Kawża F‑21/13

Wieslawa Goch

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni – Sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea li jseħħu fil-mori tal-kawża – Rinunzja għall-atti tar-rikorrent – Tħassir tal-kawża – Allokazzjoni rispettiva tal-ispejjeż”

Suġġett:      Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106a tiegħu, li permezz tiegħu W. Goch titlob essenzjalment l-annullament tad-deċiżjoni tas- Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Mejju 2012, li tistabbilixxi fir-rigward tar-rikorrenti, proposta ta’ trasferiment ta’ drittijiet għall-pensjoni skont l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea. Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti teċċepixxi b’mod partikolari l-illegalità tal-Artikolu 9 tad-Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal adottati minn din l-istituzzjoni fil-11 ta’ Ottubru 2011.

Deċiżjoni:      Il-Kawża F‑21/13 hija mħassra mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

Sommarju

Proċedura ġudizzjarja – Rinunzja għall-atti tar-rikorrent – Tħassir tal-kawża mir-reġistru

(Regoli tal-Proċedura għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikoli 84 u 103(5))

(ara l-punt 6)