Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2016 – Coca-Cola vs EUIPO - Mitico (Master)

(Kawża T-61/16)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Coca-Cola Company (Atlanta, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz u S. Baran, Barristers; D. Stone u A. Dykes, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Modern Industrial & Trading Investment Co. Ltd (Mitico) (Damasku, is-Sirja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata: Trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “Master” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 091 612

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Diċembru 2015 fil-Każ R 1251/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u l-applikant għal trade mark Komunitarja li jħallsu l-ispejjeż tagħhom u dawk tal-applikant għall-annullament f’kull stadju tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u tal-appell, inklużi l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(5)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 65(6) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________