Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2016 – Wolff vs SEAE

(Kawża F-94/15) 1

(Servizz pubbliku – Membri tal-persunal tas-SEAE – Kumitat tal-Persunal – Elezzjoni tal-membri tal-Kumitat tal-Persunal – Validità – Il-ħames paragrafu tal-Artikolu 1 tal-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal – Regolament elettorali tas-SEAE – L-ewwel sensiela ta’ votazzjoni – Assenza ta’ quorum – Estensjoni tal-perijodu ta’ votazzjoni – Estenzjoni supplimentari tal-perijodu ta’ votazzjoni – Assenza ta’ organizzazzjoni tat-tieni sensiela ta’ votazzjoni – Illegalità)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Oren Wolff (Etterbeek, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuti: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: inizjalment M. Silva u S. Marquardt, aġenti, sussegwentement G.-J. van Hegelsom, S. Marquardt u E. Chaboureau, aġenti, finalment G.-J. van Hegelsom, S. Marquardt u E. Chaboureau, aġenti, M. Troncoso Ferrer, F.-M. Hislaire u S. Moya Izquierdo, avukati)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad il-kontestazzjoni tar-rikorrent tar-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Kumitat tal-Persunal tas-SEAE.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-23 ta’ April 2015 li permezz tagħha s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ċaħad it-talba ta’ Oren Wolff sabiex jiġi invalidat ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-membri tal-Kumitat tal-Persunal hija annullata.

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż esposti minn Oren Wolff.

____________

1 ĠU C 294, 7.9.2015, p. 83