Language of document :

Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2016 – Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence vs BĊE

(Kawża T-133/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence (Aix-en-Provence, Franza) (rappreżentant: H. Savoie, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tad-29 ta’ Jannar 2016 (ECB/SSM/2016 – 969500TJ5KRTCJQWXH05/98), adottata skont l-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew u skont l-Artikoli L. 511-13, L. 511-52, L. 511-58, L. 612-23-1 u R. 612-29-3 tal-kodiċi monetarju u finanzjarju Franċiż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali, sa fejn tikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (iktar ’il quddiem id-“Direttiva CRD IV”), u dawk tal-Artikolu L. 511-13 tal-kodiċi monetarju u finanzjarju Franċiż (iktar ’il quddiem is-“CMF”).

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali, sa fejn tikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu L. 511-52 tas-CMF.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali, sa fejn il-BĊE jikser l-Artikolu L. 511-13 tas-CMF u l-Artikoli 13 u 88 tad-Direttiva CRD IV.

Ir-raba’ motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata hija wkoll illegali, sa fejn il-BĊE jikser l-Artikolu L. 511-58 tas-CMF.

____________