Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tad-29 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg - il-Ġermanja) – proċeduri kriminali kontra Piotr Kossowski

(Kawża C-486/14) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Konvenzjoni li timplementa l-Ftehim ta’ Schengen – Artikoli 54 u 55(1)(a) – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 50 – Prinċipju ta’ ne bis in idem – Ammissibbiltà ta’ proċeduri kriminali kontra imputat fi Stat Membru wara l-għeluq tal-proċedura kriminali mibdija kontrih fi Stat Membru ieħor mill-uffiċċju tal-prosekutur mingħajr investigazzjoni fid-dettall – Asssenza ta’ evalwazzjoni fil-mertu tal-każ)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Piotr Kossowski

fil-preżenza ta’: Generalstaatsanwaltschaft Hamburg

Dispożittiv

Il-prinċipju ta’ ne bis in idem elenkat fl-Artikolu 54 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, tal-14 ta’ Ġunju 1985, bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f’Schengen (il-Lussemburgu) fid-19 ta’ Ġunju 1990, moqri fid-dawl tal-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li deċiżjoni tal-uffiċċju tal-prosekutur li ttemm proċeduri kriminali u li tagħlaq, b’mod definittiv suġġett għall-ftuħ mill-ġdid jew għall-annullament tagħha, il-proċedura ta’ investigazzjoni mmexxija kontra persuna, mingħajr ma kienu imposti pieni, ma tistax tiġi kklassifikata bħala deċiżjoni definittiva, fis-sens ta’ dawn l-artikoli, meta mill-motivazzjoni ta’ din id-deċiżjoni jirriżulta li l-imsemmija proċedura tkun ingħalqet mingħajr ma tkun saret investigazzjoni fid-dettall, bin-nuqqas li jinstemgħu l-vittma u xhud eventwali jikkostitwixxi indizju tal-assenza ta’ tali investigazzjoni.

____________

1 ĠU C 16, 19.1.2015.