Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Lulju 2016 – Rochus Geissel bħala stralċjarju ta’ RGEX GmbH i. L. vs Finanzamt Neuss

(Kawża C-374/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Rochus Geissel bħala stralċjarju ta’ RGEX GmbH i. L.

Konvenut: Finanzamt Neuss

Domandi preliminari

Fattura meħtieġa għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis skont l-Artikolu 168(a) flimkien mal-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 , tkun tindika l-“indirizz sħiħ” fis-sens tal-Artikolu 226(5) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jekk il-fornitur jindika, fil-fattura maħruġa għall-provvista pprovduta, indirizz fejn jista’ jiġi kkuntattjat, iżda fejn ma titwettaq ebda attività ekonomika?

L-Artikolu 168(a) flimkien mal-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, fid-dawl tal-prinċipju ta’ effettività, jipprekludu prassi nazzjonali li tieħu inkunsiderazzjoni l-bona fide tal-benefiċjajru tal-provvista fir-rigward tal-osservanza tal-kundizzjonijiet applikabbli għat-tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa biss barra mill-proċedura ta’ stima tat-taxxa, fil-kuntest ta’ proċedura separata ta’ ekwità? L-Artikolu 168(a) flimkien mal-Artikolu 178(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jistgħu jiġu invokati?

____________

1 ĠU L 347, p. 1