Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-17 ta’ Ottubru 2016 – Confédération paysanne, Réseau Semences Paysannes, Les Amis de la Terre France, Collectif Vigilance OGM et Pesticides 16, Vigilance OG2M, CSFV 49, OGM : dangers, Vigilance OGM 33, Fédération Nature et Progrès vs Premier ministre, Ministre de l’agriculture, de l’agroalimentaire et de la forêt

(Kawża C-528/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Confédération paysanne, Réseau Semences Paysannes, Les Amis de la Terre France, Collectif vigilance OGM et Pesticides 16, Vigilance OG2M, CSFV 49, OGM : dangers, Vigilance OGM 33, Fédération Nature et Progrès

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’agriculture, de l’agroalimentaire et de la forêt

Domandi preliminari

L-organiżmi miksuba permezz ta’ mutagenesis jikkostitwixxu organiżmi mmodifikati ġenetikament fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/18/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 1 , anki jekk huma eżentati skont l-Artikolu 3 u l-Anness I B tad-Direttiva mill-obbligi imposti għar-rilaxx u għat-tqegħid fis-suq ta’ organiżmi mmodifikati ġenetikament ? B’mod partikolari, it-tekniki ta’ mutagenesis, b’mod partikolari t-tekniki ġodda ta’ mutagenesis diretti li jimplementaw proċessi ta’ inġinerija ġenetika, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala tekniki elenkati fl-Anness I A, li jagħmel riferiment għalih l-Artikolu 2? Għaldaqstant, l-Artikoli 2 u 3 u l-Annessi I A u I B tad-Direttiva 2001/18 tat-12 ta’ Marzu 2001 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeżentaw mill-miżuri ta’ prekawzjoni, ta’ evalwazzjoni tal-effetti u ta’ traċċabbiltà lill-organiżmi u liż-żerriegħa kollha li huma ġenetikament mmodifikati miksuba permezz ta’ mutagenesis, jew biss lill-organiżmi miksuba permezz tal-metodi konvenzjonali ta’ mutagenesis każwali permezz ta’ raġġi ionizzanti jew permezz ta’ esposizzjoni għal sustanzi kimiċi mutaġeniċi li kienu jeżistu preċedentement għall-adozzjoni ta’ dawn ir-regoli ?

Il-varjetajiet miksuba permezz ta’ mutagenesis jikkostitiwixxu varjetajiet ġenetikament mmodifikati fis-sens tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/53/KE, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli 2 , li ma humiex eżentati mill-obbligi previsti minn din id-direttiva ? Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva huwa, għall-kuntrarju, identiku għal dak li jirriżulta mill-Artikoli 2 u 3 u mill-Anness I B tad-Direttiva tat-12 ta’ Marzu 2001, u jeżenta wkoll lill-varjetajiet miksuba permezz tal-mutagenesis mill-obbligi previsti mid-Direttiva tat-13 ta’ Ġunju 2002 fir-rigward tal-inklużjoni ta’ varjetajiet ġenetikament mmodifikati fil-katalgu komuni tal-ispeċijiet ta’ pjanti agrikoli ?

L-Artikoli 2 u 3 u l-Anness I B tad-Direttiva 2001/18/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament, jikkostitwixxu, sa fejn jeskludu il-mutagenesis mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi previsti mid-Direttiva, miżura ta’ armonizzazzjoni sħiħa li tipprojbixxi lill-Istati Membri milli jissuġġettaw l-organiżmi miksuba permezz tal-mutagenesis għall-osservanza, sħiħa jew parzjali, tal-obbligi previsti mid-Direttiva jew ta’ kwalunkwe obbligu ieħor, jew l-Istati Membri għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom, fir-rigward tat-traspożizzjoni tagħhom, setgħa diskrezzjonali sabiex jiddefinixxu s-sistema li tista’ tiġi applikata għall-organiżmi miksuba permezz ta’ mutagenesis ?

Sa fejn id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2 u 3 u tal-Annessi I A u I B tad-Direttiva 2001/18/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 fir-rigward tal-prinċipju ta’ prekawzjoni ggarantit mill-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ma jissuġġettawx l-organiżmi mmodifikati ġenetikament miksuba permezz tal-mutagenesis għal miżuri ta’ prekawzjoni, ta’ evalwazzjoni tal-effetti u ta’ traċċabbiltà, il-validità tagħhom tista’ tiġi kkontestata billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-evoluzzjoni tal-proċessi ta’ inġinerija ġenetika, il-ħolqien ta’ varjetajiet ġodda ta’ pjanti miksuba b’riżultat ta’ dawn it-tekniċi u l-inċertezzi xjentifiċi attwali dwar l-effetti tagħhom u dwar ir-riskji potenzjali għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, li jirriżultaw minn dan?

____________

1     Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 77).

2     Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 36, p. 281).