Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2016 – CRDO Torta del Casar vs EUIPO – CRDOP “Queso de La Serena” (QUESO Y TORTA DE LA SERENA)
(Kawża T-828/16)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Consejo Regulador de la Denominación de Origen Torta del Casar (Casar de Cáceres, Spanja) (rappreżentanti: A. Pomares Caballero u M. Pomares Caballero, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Consejo Regulador de la Denominación de Origen Protegida “Queso de La Serena” (Castuera, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “QUESO Y TORTA DE LA SERENA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 486 447
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Settembru 2016 fil-Każ R 2573/2014-4
Talbiet
tbiddel id-deċiżjoni kkontestata, billi tikkonstata li f’dan il-każ huma sodisfatti r-rekwiżiti sabiex tiġi applikata r-raġuni relattiva għal rifjut taħt l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 b’rabta mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 510/2006;
fin-nuqqas ta’ dan, tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk tar-rikorrent (inklużi l-ispejjeż rispettivi għall-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell).
Motivi invokati
Ksur tal-Artikoli 2(2) u 3(1) tar-Regolament Nru 510/2006, b’rabta mal-Artikolu 13(1) tal-istess regolament fid-dawl, fl-aħħar lok, tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009.
Ksur tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 510/2006 fid-dawl tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009.
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.
Ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba.
____________