Language of document : ECLI:EU:F:2016:176

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA
(It-Tieni Awla)

20 ta’ Lulju 2016

Kawża F‑4/12 DEP

Luigi Marcuccio

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku – Proċedura – Intaxxar tal-ispejjeż”

Suġġett:      Talba għal intaxxar tal-ispejjeż, imressqa mill-Kummissjoni Ewropea wara d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-14 ta’ Mejju 2013, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F‑4/12, EU:F:2013:61).

Deċiżjoni:      L-ammont totali tal-ispejjeż li għandhom jiġu rrimborsati lil Luigi Marcuccio mill-Kummissjoni Ewropea bħala spejjeż li jistgħu jiġu rkuprati fil-Kawża F‑4/12 huwa ffissat għas-somma ta’ EUR 1 500. Is-somma msemmija fil-punt 1 toħloq interessi moratorji mid-data tan-notifika ta’ dan id-digriet sad-data tal-pagament, bir-rata kkalkolata abbażi tar-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li fih huwa dovut il-pagament, miżjuda bi tliet punti u nofs.

Sommarju

Proċedura ġudizzjarja – Spejjeż – Intaxxar – Intaxxar imwettaq abbażi ta’ indikazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-applikant jew, fin-nuqqas ta’ dan, abbażi ta’ evalwazzjoni ekwa mill-qorti tal-Unjoni – Natura fissa tar-remunerazzjoni ta’ avukat – Assenza ta’ effett fuq is-setgħa diskrezzjonali tal-qorti

[Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, Artikolu 105(c)]

Sabiex tiġi evalwata n-natura indispensabbli tal-ispejjeż effettivament sostnuti għall-finijiet ta’ proċedura ġudizzjarja, l-applikant għandu jipprovdi indikazzjonijiet preċiżi. Fl-istess sens, in-natura fissa tar-remunerazzjoni ma għandha l-ebda effett fuq l-evalwazzjoni mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-ammont li jista’ jiġi rkuprat bħala spejjeż, peress li huwa jibbaża ruħu fuq kriterji stabbiliti sew li jirriżultaw mill-ġurisprudenza u fuq l-indikazzjonijiet preċiżi li l-partijiet għandhom jipprovdulu. Għalkemm l-assenza ta’ tali informazzjoni ma tostakolax lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku milli jiffissa, abbażi ta’ evalwazzjoni ekwa, l-ammont tal-ispejjeż li jistgħu jiġu rkuprati, madankollu din l-assenza tqiegħdu f’sitwazzjoni li jwettaq evalwazzjoni neċessarjament stretta għal dak li jikkonċerna t-talbiet tal-applikant.

(ara l-punt 28)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: digriet tas-17 ta’ Frar 2004, DAI vs ARAP et, C‑321/99 P‑DEP, EU:C:2004:103, punt 23

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: digrieti tal-31 ta’ Marzu 2011, Tetra Laval vs Il-Kummissjoni, T‑5/02 DEP u T‑80/02 DEP, EU:T:2011:129, punt 68, u tat-28 ta’ Mejju 2013, Marcuccio vs Il-Kummissjoni, T‑278/07 P‑DEP, EU:T:2013:269, punt 16