Language of document : ECLI:EU:F:2016:195

DIGRIET TAT-TRIBUNAL GĦAS-SERVIZZ PUBBLIKU TAL-UNJONI EWROPEA

(L-Ewwel Awla)

2 ta’ Awwissu 2016

Kawża F‑146/12

Anne Mommer

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Pensjonijiet – Trasferiment lejn l-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni ta’ drittijiet tal-pensjoni miksuba abbażi ta’ skemi oħrajn tal-pensjoni – Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz – Att li ma jikkawżax preġudizzju – Inammissibbiltà manifesta tar-rikors”

Suġġett:      Rikors, ippreżentat skont l-Artikolu 270 TFUE, applikabbli għat-Trattat KEEA skont l-Artikolu 106a, li permezz tiegħu Anne Mommer titlob, prinċipalment, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-16 ta’ Frar 2012, li permezz tagħha din tal-aħħar stabbilixxiet b’mod definittiv, in-numru ta’ snin ta’ servizz akkreditati fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni Ewropea li jirriżultaw mit-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjoni li hija kienet kisbet minn skemi oħtrajn tal-pensjoni qabel ma daħlet fis-servizz tal-Unjoni.

Deċiżjoni:      Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli. Il-partijiet għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom.

Sommarju

Rikorsi tal-uffiċjali – Att li jikkawża preġudizzju – Kunċett – Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz fid-dawl tat-trasferiment lejn l-iskema tal-Unjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni – Esklużjoni

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91(1))

Proposta biex jiġu akkreditati s-snin ta’ servizz, ikkomunikata lil uffiċjali fi-dawl tat-trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni lejn l-iskema tal-Unjoni Ewropea tad-drittijiet tal-pensjoni miksuba fil-kuntest ta’ skema oħra, ma tipproduċix effetti ġuridiċi vinkolanti li jaffettwaw direttament u immedjatament is-sitwazzjoni legali tad-destinatarju, b’mod li jibdlu, sostanzjalment, il-pożizzjoni legali tiegħu. Għaldaqstant, din ma tistax tiġi kklassifikata bħala att li jikkawża preġudizzju, fis-sens tal-Artikolu 91(1) tar-Regoli tal-Persunal.

(ara l-punt 18)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: sentenzi tat-13 ta’ Ottubru 2015, Il-Kummissjoni vs Verile u Gjergji, T‑104/14 P, EU:T:2015:776, punt 73 ; Il-Kummissjoni vs Cocchi u Falcione, T‑103/13 P, EU:T:2015:777, punt 65, u Teughels vs Il-Kummissjoni, T‑131/14 P, EU:T:2015:778, punt 69