Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad Varna (il-Bulgarija) fis-7 ta’ Frar 2017 – Todor Iliev vs Blagovesta Ilieva

(Kawża C-67/17)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Rayonen sad Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Todor Iliev

Konvenuta: Blagovesta Ilieva

Domandi preliminari

Kawża bejn ex konjuġi dwar il-qsim ta’ proprjetà mobbli akkwistata matul iż-żwieġ taħt il-komunjoni tal-akkwisti tikkostitwixxi tilwima dwar drittijiet ta’ proprjetà li joriġinaw minn relazzjonijiet matrimonjali fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 1 ?

Tilwima dwar il-qsim ta’ proprjetà mobbli akkwistata matul iż-żwieġ iżda rreġistrata fir-reġistru tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f’isem wieħed mill-ex konjuġi biss taqa’ taħt l-esklużjonijiet mill-applikabbiltà tar-Regolament Nru 44/2001, b’mod partikolari taħt l-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament?

Liema qorti għandha ġurisdizzjoni sabiex tisma’ tali tilwima bejn ex konjuġi dwar it-titolu fi proprjetà mobbli akkwistata matul iż-żwieġ ċivili bejn il-partijiet f’sitwazzjoni fejn il-konjuġi jkunu ċittadini tal-istess Stat Membru tal-Unjoni filwaqt li, fil-mori tal-kawża, jirriżulta li l-post ta’ residenza tal-partijiet kien jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor meta żżewwġu, meta kienet akkwistata l-proprjetà, meta ġie tterminat iż-żwieġ u meta tressqet il-kawża għall-qsim tal-proprjetà wara t-terminazzjoni taż-żwieġ?

____________

1 Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).