Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2017 – Mabrouk vs Il‒Kunsill

(Kawża T-175/15) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Miżuri diretti kontra persuni responsabbli għal misapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u kontra persuni u entitajiet assoċjati – Iffriżar ta’ fondi – Lista ta’ persuni, entitajiet u organi li fir-rigward tagħhom japplika l-iffriżar ta’ fondi – Żamma tal-elenkar ta’ isem ir-rikorrent – Bażi fattwali insuffiċjenti – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Żball ta’ liġi – Dritt għall-proprjetà – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Terminu raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Talba għal adattament – Att konfermattiv – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mohamed Marouen Ben Ali Bel Ben Mohamed Mabrouk (Tuneż, it-Tuneżija) (rappreżentanti: J.‒R. Farthouat, J.‒P. Mignard u N. Boulay, avukati, u S. Crosby, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. de Elera-San Miguel Hurtado u G. Étienne, sussegwentement A. de Elera‒San Miguel Hurtado, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/157, tat-30 ta’ Jannar 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2015, L 26, p. 29), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2015 li tiċħad it-talba tar-rikorrent tad-29 ta’ Mejju 2015 sabiex ismu jiġi rtirat mil-lista annessa mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2011, L 28, p. 62), u tad-Deċiżjoni (PESK) tal-Kunsill 2016/119, tat-28 ta’ Jannar 2016, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72 (ĠU 2016, L 23, p. 65), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

M. Mohamed Marouen Ben Ali Ben Mohamed Mabrouk huwa kkundannat, minbarra għal ispejjeż tiegħu, għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

____________

1     ĠU C 236, 20.7.2015.