Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-22 ta’ Settembru 2017 – 2M-Locatel A/S vs Skatteministeriet

(Kawża C-555/17)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: 2M-Locatel A/S

Konvenut: Skatteministeriet

Domanda preliminari

In-Nomenklatura Magħquda tat-Tariffa Doganali Komuni, kif tidher fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006 1 , li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 2 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana,

(i)    is-subdiviżjoni “---Tuners tal-vidjo” tal-intestatura 8528,

(ii)    subintestatura 8528 71 13 u

(iii)    subintestatura 8528 71 90

għandhom jiġu interpretati fis-sens li jfissru li “prodott” li jikkorrispondi għad-deskrizzjoni tal-prodott fis-subintestatura 8528 71 13 u li jista’ jirċievi, jiddekodifika u jipproċessa sinjali tat-televiżjoni diretta, trażmessi permezz tat-teknoloġija tal-internet, iżda li ma jistax jirċievi, jiddekodifika u jipproċessa sinjali tat-televiżjoni diretta permezz ta’ antenna, ta’ televiżjoni bil-kejbil jew ta’ satellita, għandu jiġi kklassifikat taħt is-subintestatura 8528 71 13, is-subintestatura 8528 71 90 jew taħt subintestatura oħra?

____________

1 ĠU 2006 L 301, p. 1.

2 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.