Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Settembru 2017 – Y.Z. et, Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-557/17)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Y.Z., Z.Z., Y.Y., Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Domandi preliminari

Il-parti inizjali u l-punt (a) tal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE 1 , tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja [...] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-irtirar ta’ permess ta’ residenza mogħti fil-kuntest tar-riunifikazzjoni tal-familja meta l-ksib ta’ dan il-permess ta’ residenza jkun bbażat fuq informazzjoni frawdolenti filwaqt li l-membru tal-familja ma kienx jaf dwar in-natura frawdolenti ta’ din l-informazzjoni?

Il-parti inizjali u l-punt (a) tal-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE 2 , tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul [...] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-irtirar tal-istatus ta’ resident għal żmien twil meta l-ksib ta’ dan l-istatus ikun ibbażat fuq informazzjoni frawdolenti filwaqt li r-resident għal żmien twil ma kienx jaf dwar in-natura frawdolenti ta’ din l-informazzjoni?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.

2     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272.