Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fit-18 ta’ Ottubru 2017 – J. Portugal Ramos Vinhos SA vs Adega Cooperativa de Borba CRL

(Kawża C-629/17)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal de Justiça

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: J. Portugal Ramos Vinhos SA

Konvenuta: Adega Cooperativa de Borba CRL

Domanda preliminari

L-affermazzjoni “indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex jindikaw [...] karatteristiċi oħra tal-merkanzija jew tas-servizz” skont l-Artikolu [3]1(c) tad-Direttiva 2008/95/KE 1 , meta applikata fil-kuntest tal-eżami tal-ammissibbiltà tar-reġistrazzjoni tas-sinjali jew indikazzjonijiet li huma intiżi li jiġu adottati sabiex jiddeskrivu prodotti vinikoli, għandha tiġi interpretata fis-sens li tinkludi, fl-espressjonijiet verbali adottati bħala trade mark li jinkludu isem ġeografiku protett bħala indikazzjoni tal-oriġini ta’ nbid, ir-riferiment għat-terminu “adega” [kantina], bħala espressjoni komunement użata sabiex jiġu identifikati l-faċilitajiet u l-postijiet li fihom iseħħ il-proċess ta’ elaborazzjoni ta’ dawn it-tip ta’ prodotti fl-espressjoni verbali adottata bħala trade mark, fil-każijiet fejn din l-espressjoni (adega) hija waħda mill-elementi verbali varji li jikkomponu l-isem tal-kumpannija tal-persuna ġuridika li ressqet applikazzjoni sabiex tirreġistra t-trade mark?

____________

1     Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU 2008, L 299, p. 25).