Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – Consejo Regulador “Torta del Casar” vs EUIPO – Consejo Regulador “Queso de La Serena” (QUESO Y TORTA DE LA SERENA)

(Kawża T-828/16) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea QUESO Y TORTA DE LA SERENA – Protezzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini “Torta del Casar” – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 2(2),Artikolu 3(1), u Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 – Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Consejo Regulador de la Denominación de Origen “Torta del Casar” (Casar de Cáceres, Spanja) (rappreżentanti: A. Pomares Caballero u M. Pomares Caballero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Consejo Regulador de la Denominación de Origen Protegida “Queso de La Serena” (Castuera, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2573/2014–4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Consejo Regulador de la Denominación de Origen “Torta del Casar” u Consejo Regulador de la Denominación de Origen Protegida “Queso de La Serena”.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ Settembru 2016 (Każ R 2573/2014–4) hija annullata.

L-EUIPO huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Consejo Regulador de la Denominación de Origen “Torta del Casar”.

____________

1     ĠU C 22, 23.1.2017.