Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht München I (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Diċembru 2017 – Conti 11. Container Schiffahrts-GmbH & Co. KG MS “MSC Flaminia” vs Land Niedersachsen

(Kawża C-689/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht München I

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Conti 11. Container Schiffahrts-GmbH & Co. KG MS “MSC Flaminia”

Konvenut: Land Niedersachsen

Domanda preliminari

Residwi minħabba ħsara ta’ vapur fuq il-baħar, fil-forma ta’ skart ta’ metal u ilma għat-tifi tan-nar imħallat ma’ ħama u residwi ta’ tagħbija abbord vapur, huma “skart iġġenerat fuq vetturi, ferroviji, ajruplani u bastimenti” fis-sens tal-Artikolu 1(3)(b) tar-Regolament Nru 1013/2006  1 ?

____________

1 Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart, ĠU L 190, p. 1.