Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Marzu 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tas-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – “SEGRO” Kft. vs Vas Megyei Kormányhivatal Sárvári Járási Földhivatala (C-52/16), Günther Horváth vs Vas Megyei Kormányhivatal (C-113/16)

(Kawżi Magħquda C-52/16 u C-113/16) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 63 TFUE – Moviment liberu tal-kapital – Drittijiet ta’ użufrutt fuq art agrikola – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-possibbiltà ta’ akkwist ta’ tali drittijiet fil-futur biss minn membri tal-familja qrib tal-proprjetarju tal-art u li tneħħi, mingħajr ma tipprevedi kumpens, id-drittijiet preċedentement akkwistati minn persuni ġuridiċi jew minn persuni fiżiċi li ma jistgħux jiġġustifikaw rabta parentali mill-qrib mal-imsemmi proprjetarju)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: “SEGRO” Kft. (C-52/16), Günther Horváth (C-113/16)

Konvenuti: Vas Megyei Kormányhivatal Sárvári Járási Földhivatala (C-52/16), Vas Megyei Kormányhivatal (C-113/16)

Dispożittiv

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li biha d-drittijiet ta’ użufrutt preċedentement ikkostitwiti fuq art agrikola u li d-detenturi tagħhom ma għandhomx il-kwalità ta’ parentela mill-qrib mal-proprjetarju ta’ dawn l-artijiet jiġu estinti ipso jure u, konsegwentement, imħassra mir-Reġistri tal-Artijiet.

____________

1     ĠU C 136, 18.4.2016.

    ĠU C 211, 13.6.2016.