Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation - Franza) – Conseils et mise en relations (CMR) SARL vs Demeures terre et tradition SARL

(Kawża C-645/16) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom – Direttiva 86/653/KEE – Dritt tal-aġent kummerċjali għal indennizz jew għall-kumpens għad-danni wara t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali – Artikolu 17 – Esklużjoni tad-dritt għal indennizz fil-każ ta’ xoljiment tal-kuntratt waqt il-perijodu ta’ prova stabbilit fil-kuntratt)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Conseils et mise en relations (CMR) SARL

Konvenuta: Demeures terre et tradition SARL

Dispożittiv

L-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 86/653/KEE tat-18 ta’ Diċembru 1986 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom għandu jiġi interpretat fis-sens li s-sistemi ta’ indennizz u ta’ kumpens li dan l-artikolu jipprevedi rispettivament fil-paragrafi 2 u 3 tiegħu, fil-każ ta’ terminazzjoni tal-kuntratt ta’ aġenzija kummerċjali, huma applikabbli meta din it-terminazzjoni sseħħ matul il-perijodu ta’ prova stipulat minn dan il-kuntratt.

____________

1     ĠU C 70, 6.3.2017.