Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ April 2018 – Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence et vs BĊE

(Kawżi magħquda T-133/16 u T-136/16) 1

(“Politika ekonomika u monetarja – Superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu – Artikolu 4(1)(e) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 – Persuni li effettivament jidderiġu n-negozju ta’ istituzzjoni ta’ kreditu – Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2013/36/UE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu L. 511-13 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju Franċiż – Prinċipju tal-għoti mhux kumulattiv tal-presidenza tal-korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu fil-funzjoni superviżorja tiegħu ma’ funzjoni ta’ Direttur Ġenerali fl-istess stabbiliment – Artikolu 88(1)(e) tad-Direttiva 2013/36 u Artikolu L. 511-58 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju Franċiż”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-133/16: Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence (Aix-en-Provence, Franza) (rappreżentanti: P. Mele u H. Savoie, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-134/16: Caisse régionale de crédit agricole mutuel Nord Midi-Pyrénées (Albi, Franza) (rappreżentanti: P. Mele u H. Savoie, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-135/16: Caisse régionale de crédit agricole mutuel Charente-Maritime Deux-Sèvres (Saintes, Franza) (rappreżentanti: P. Mele u H. Savoie, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-136/16: Caisse régionale de crédit agricole mutuel Brie Picardie (Amiens, Franza) (rappreżentanti: P. Mele u H. Savoie, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: A. Karpf u C. Hernández Saseta, aġenti, assistiti minn A. Heinzmann, avukat)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, K.-P. Wojcik u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talbiet abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiżi għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-BĊE, rispettivament,

ECB/SSM/2016-969500TJ5KRTCJQWXH05/98, ECB/SSM/2016-969500TJ5KRTCJQWXH05/100, ECB/SSM/2016-969500TJ5KRTCJQWXH05/101 u ECB/SSM/2016-969500TJ5KRTCJQWXH05/99, tad-29 ta’ Jannar 2016, meħuda skont l-Artikolu 4(1)(e) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, tal-15 ta’ Ottubru 2013, li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63), l-Artikolu 93 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (ĠU 2014, L 141, p. 1), u l-Artikoli L. 511–13, L. 511–52, L. 511–58, L. 612–23–1 u R. 612–29–3 tal-Kodiċi Monetarju u Finanzjarju Franċiż.

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Caisse régionale de crédit agricole mutuel Alpes Provence, Caisse régionale de crédit agricole mutuel Nord Midi-Pyrénées, Caisse régionale de crédit agricole mutuel Charente-Maritime Deux-Sèvres u Caisse régionale de crédit agricole mutuel Brie Picardie għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 175, 17.05.2016.