Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-7 ta’ Diċembru 2017 – Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main e.V. vs Prime Champ Deutschland Pilzkulturen GmbH

(Kawża C-686/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs Frankfurt am Main e.V.

Konvenuta: Prime Champ Deutschland Pilzkulturen GmbH

Domandi preliminari

Sabiex jiġi ddefinit il-kunċett ta’ pajjiż ta’ oriġini msemmi fl-Artikolu 113a(1) tar-Regolament (KE) 1234/2007 1 u fl-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 2 , għandu jsir riferiment għad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 23 et seq. tal-Kodiċi Doganali 3 u fl-Artikolu 60 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni 4 ?

Il-faqqiegħ ikkultivat li jinħasad fit-territorju nazzjonali joriġina minn pajjiż fis-sens tal-Artikolu 23 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 u tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament ( UE) Nru 952/2013, meta numru ta’ stadji sostanzjali tal-produzzjoni jseħħu fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea u l-faqqiegħ ikkultivat ikun ġie ttrasportat fit-territorju nazzjonali tlett ijiem jew inqas qabel l-ewwel ħsad?

Il-projbizzjoni ta’ dikjarazzjonijiet qarrieqa stabbilita fl-Artikolu 2(1)(a)(i) tad-Direttiva 2000/13/KE 5 u fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 6 hija applikabbli għall-indikazzjoni ta’ oriġini imposta mill-Artikolu 113a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u mill-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013?

Jistgħu jiżdiedu noti ta’ spjega mal-indikazzjoni ta’ oriġini imposta mill-Artikolu 113a(1) tar-Regolament (KE) Nru1234/2007 u mill-Artikolu 76 (1) tar-Regolament UE) Nru 1308/2013 sabiex jiġu evitati dikjarazzjonijiet qarrieqa konformement mal-projbizzjoni imposta fl-Artikolu 2(1)(a)(i) tad-Direttiva 2000/13/KE kif ukoll fl-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011?

____________

1     Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU 2007, L 299, p. 1).

2     Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU 2013, L 347, p. 671).

3     Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).

4     Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU 2013, L 269, p. 1).

5     Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approsimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 75).

6     Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU 2011, L 304, p. 18).