Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-24 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom – ir-Renju Unit) – MP vs Secretary of State for the Home Department

(Kawża C-353/16) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika tal-ażil – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 4 – Direttiva 2004/83/KE – Artikolu 2(e) – Kundizzjonijiet sabiex wieħed ikun jista’ jibbenefika mill-protezzjoni sussidjarja – Artikolu 15(b) – Riskju ta’ perikolu serju għas-saħħa psikoloġika tal-applikant fil-każ li jintbagħat lura lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu – Persuna li ġiet issuġġettata għal tortura fil-pajjiż ta’ oriġini tagħha)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MP

Konvenut: Secretary of State for the Home Department

Dispożittiv

L-Artikolu 2(e) u l-Artikolu 15(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 4 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li kien ġie ttorturat, fil-passat, mill-awtoritajiet tal-pajjiż ta’ oriġini tiegħu u li ma huwiex espost iktar għal riskju ta’ tortura fil-każ li jintbagħat lura f’dan il-pajjiż iżda fejn l-istat tas-saħħa fiżika u psikoloġika tiegħu jistgħu, f’każ bħal dan, jiddeterjoraw gravement, bir-riskju serju li dan iċ-ċittadin iwettaq suwiċidju, minħabba trawma li tirriżulta mill-atti ta’ tortura li kien il-vittma tagħhom, huwa eliġibbli għall-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja jekk jeżisti riskju reali ta’ ċaħda ta’ kura adattata għat-trattament tal-konsegwenzi fiżiċi jew mentali ta’ dawn l-atti ta’ tortura, ikkawżati intenzjonalment fuq l-imsemmi ċittadin tal-imsemmi pajjiż, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.

____________

1     ĠU C 326, 5.9.2016.