Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2018 – Hauzenberger vs EUIPO (TurboPerformance)

(Kawża T-349/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Andreas Hauzenberger (Sinzing, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Bittner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “TurboPerformance” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 053 431

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ April 2018 fil-Każ R 2206/2017-4

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________