Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wien (l-Awstrija) fid-19 ta’ Marzu 2018 – Wasserleitungsverband Nördliches Burgenland et

(Kawża C-197/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wasserleitungsverband Nördliches Burgenland, Robert Prandl, Gemeinde Zillingdorf

Konvenuti: Bundesministerin für Nachhaltigkeit und Tourismus, vormals Bundesminister für Land und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft

Domandi preliminari

L-Artikolu 288 TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 5(4) jew mad-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 5(5) u tal-punt 2 tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676 /KEE 1 tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar in-nitrati”) għandu jiġi interpratat fis-sens li

a)    distributur pubbliku tal-ilma, li jipprovdi servizzi marbuta mal-użu tal-ilma u li, filwaqt li jagħmel dan, qabel jikkunsinna l-ilma għax-xorb lil konsumaturi (suġġett għal obbligu ta’ konnessjoni), jittratta dan l-ilma, li huwa jiġbor minn bjar li huma għad-dispożizzjoni tiegħu għall-finijiet ta’ ġbir ta’ ilma u li għandhom livelli ta’ konċentrazzjoni ta’ nitrati għolja, sabiex jikseb livelli ta’ konċentrazzjoni ta’ nitrati fl-ilma ta’ inqas minn 50 mg/l qabel il-kunsinna lill-konsumaturi, u li huwa marbut li jiddistribwixxi l-ilma f’żona territorjali ddeterminata, huwa direttament ikkonċernat, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (f’dan il-każ minn traspożizzjoni possibbilment insuffiċjenti tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991), sa fejn huwa għandu, minħabba pjanijiet ta’ azzjoni allegatament insuffiċjenti (peress li l-valur ta’ 50mg/l ta’ konċentrazzjoni ta’ nitrati fl-ilma huwa eċċedut fit-territorju ta’ dan id-distributur tal-ilma), jadotta miżuri ta’ trattament tal-ilma, u għalhekk għandu drittijiet suġġettivi fl-ambitu tad-Direttiva dwar in-nitrati li jippermettulu

a.1) li jimmodifika programm ta’ azzjoni nazzjonali diġà adottat għall-finijiet tat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar in-nitrati (konformement mal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva dwar in-nitrati) b’tali mod li miżuri iktar stretti jiġu adottati, bil-għan li jintlaħqu l-miri stabbiliti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva dwar in-nitrati, u, konkretament, jintlaħaq valur ta’ konċentrazzjoni ta’ nitrati fl-ilma sotterran ta’ 50 mg/l bħala massimu f’kull punt ta’ ġbir?

a.2) li jieħu miżuri supplimentari jew azzjonijiet imsaħħa (fis-sens tal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva dwar in-nitrati) bil-għan li jintlaħqu l-miri stabbiliti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva dwar in-nitrati, u, konkretament, jintlaħaq valur ta’ konċentrazzjoni ta’ nitrati fl-ilma sotterran ta’ 50 mg/l bħala massimu f’kull punt ta’ ġbir?

b)    konsumatur li huwa legalment awtorizzat juża l-ilma minn bir domestiku tiegħu fl-ambitu tal-konsum minnu stess, u li, minħabba valuri għolja ta’ konċentrazzjoni ta’ nitrati, ma jużax dan l-ilma (fil-mument tat-talba li fuqha hija bbażata l-proċedura fil-kawża prinċipali huwa ma setax jagħmel użu minnu u matul din il-proċedura għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, huwa ċertament jista’ jagħmel użu minnu, iżda huwa inkontestabbli li huwa mistenni li l-konċentrazzjoni ta’ nitrati fl-ilma terġa’ tiżdied u teċċedi l-50 mg/l), iżda jikseb l-ilma minn distributur pubbliku, huwa direttament ikkonċernat, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (f’dan il-każ minn traspożizzjoni insuffiċjenti tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembri 1991), sa fejn, minħabba pjanijiet ta’ azzjoni allegatament insuffiċjenti, u l-valur tal-konċentrazzjoni ta’ nitrati fl-ilma jeċċedi l-50 mg/l fl-ilma tal-punt ta’ ġbir tiegħu (bir domestiku), huwa ma jistax jagħmel użu mid-dritt mogħti lilu mil-liġi, b’mod limitat, li juża l-ilma sotterran tal-proprjetà tiegħu, u għalhekk għandu drittijiet suġġettivi fl-ambitu tad-Direttiva dwar in-nitrati li jippermettulu

b.1) li jimmodifika programm ta’ azzjoni nazzjonali diġà adottat għall-finijiet tat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar in-nitrati (konformement mal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva dwar in-nitrati) b’tali mod li miżuri iktar stretti jiġu adottati, bil-għan li jintlaħqu l-miri stabbiliti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva dwar in-nitrati, u, konkretament, jintlaħaq valur ta’ konċentrazzjoni ta’ nitrati fl-ilma sotterran ta’ 50 mg/l bħala massimu f’kull punt ta’ ġbir?

b.2) li jieħu miżuri supplimentari jew azzjonijiet imsaħħa (fis-sens tal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva dwar in-nitrati) bil-għan li jintlaħqu l-miri stabbiliti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva dwar in-nitrati, u, konkretament, jintlaħaq valur ta’ konċentrazzjoni ta’ nitrati fl-ilma sotterran ta’ 50 mg/l bħala massimu f’kull punt ta’ ġbir?

c)    komun, [li,] bħala entità pubblika, minħabba valuri ta’ konċentrazzjoni ta’ nitrati fl-ilma li jeċċedu l-50 mg/l, juża jew jippermetti l-użu ta’ bir komunali li huwa jisfrutta għal finijiet ta’ provvista ta’ ilma tax-xorb biss bħala sors ta’ ilma mhux għax-xorb – mingħajr ma dan jaffettwa l-provvista ta’ ilma għax-xorb – huwa direttament ikkonċernat, fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (f’dan il-każ minn traspożizzjoni possibbilment insuffiċjenti tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991, minħabba pjanijiet ta’ azzjoni insuffiċjenti f’dan ir-rigward), sa fejn, billi l-valur ta’ konċentrazzjoni ta’ nitrati fl-ilma jeċċedi l-50 mg/l fis-sors fejn dan huwa miġbur, użu bħala ilma tax-xorb ma huwiex possibbli, u għalhekk għandu drittijiet suġġettivi fl-ambitu tad-Direttiva Nitrati li jippermettulu

c.1) li jimmodifika programm ta’ azzjoni nazzjonali diġà adottat għall-finijiet tat-traspożizzjoni tad-Direttiva dwar in-nitrati (konformement mal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva dwar in-nitrati) b’tali mod li miżuri iktar stretti jiġu adottati, bil-għan li jintlaħqu l-miri stabbiliti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva dwar in-nitrati, u, konkretament, jintlaħaq valur ta’ konċentrazzjoni ta’ nitrati fl-ilma sotterran ta’ 50 mg/l bħala massimu f’kull punt ta’ ġbir?

c.2) li jieħu miżuri supplimentari jew azzjonijiet imsaħħa (fis-sens tal-Artikolu 5(5) tad-Direttiva dwar in-nitrati) bil-għan li jintlaħqu l-miri stabbiliti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva dwar in-nitrati, u, konkretament, jintlaħaq valur ta’ konċentrazzjoni ta’ nitrati fl-ilma sotterran ta’ 50 mg/l bħala massimu f’kull punt ta’ ġbir?

Filwaqt li jitqies li f’kull wieħed minn dawn it-tliet każijiet, il-protezzjoni tas-saħħa tal-konsumaturi hija żgurata, fil-każijiet b) u c), permezz tal-ġbir tal-ilma mingħand distributuri kummerċjali (b’obbligu jew dritt ta’ konnessjoni) jew, fil-każ a), permezz ta’ miżuri ta’ trattament xierqa.

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni ta’ l-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 68).