Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2018 – Peek & Cloppenburg vs EUIPO – Peek & Cloppenburg (Vogue Peek & Cloppenburg)

(Kawża T-443/18)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peek & Cloppenburg KG, Düsseldorf (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Lange, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Peek & Cloppenburg KG, Hamburg (Hamburg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Vogue Peek & Cloppenburg” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 2 700 847

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ April 2018 fil-Każ R 1362/2005-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 15(2) tal-Ligi dwar it-Trade Marks;

Ksur tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 8(4)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 15(3) tal-Ligi dwar it-Trade Marks;

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u tar-Regola 20(7)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95.

____________