Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Land Nordrhein-Westfalen vs Dirk Renckhoff

(Kawża C-161/17) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati – Direttiva 2001/29/KE – Soċjetà tal-informazzjoni – Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati – Artikolu 3(1) – Komunikazzjoni lill-pubbliku – Kunċett – Tqegħid online fuq sit internet, mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-dritt tal-awtur, ta’ ritratt ippubblikat preċedentement, mingħajr restrizzjoni u bl-awtorizzazzjoni tal-imsemmi detentur, fuq sit internet ieħor – Pubbliku ġdid)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Land Nordrhein-Westfalen

Konvenuti: Dirk Renckhoff

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri t-tqegħid online fuq sit internet ta’ ritratt li kien ippubblikat qabel, mingħajr miżura li tirrestrinġi t-tniżżil tiegħu u bl-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet tal-awtur, fuq sit internet ieħor.

____________

1     ĠU C 231, 17.07.2017.