Language of document : ECLI:EU:T:2018:445

Kawża T419/14

The Goldman Sachs Group, Inc.

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Ksur uniku u kontinwat – Imputabbiltà tal-ksur – Preżunzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Ċertezza legali – Prinċipju ta’ responsabbiltà personali – Ġurisdizzjoni sħiħa”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Lulju 2018

1.      Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija omm u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija omm fuq is-sussidjarji miżmuma fit-totalità jew fil-kważi totalità minnha – Kumpannija omm li tinsab f’sitwazzjoni analoga – Kumpannija omm li għandha l-possibbiltà teżerċita d-drittijiet ta’ vot kollha marbuta mal-ishma tas-sussidjarja tagħha

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

2.      Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija omm u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija omm fuq is-sussidjarji miżmuma fit-totalità jew fil-kważi totalità minnha – Obbligi probatorji tal-kumpannija li tixtieq tikkonfuta din il-preżunzjoni – Provi insuffiċjenti sabiex tiġi kkonfutata din il-preżunzjoni

(Artikolu 101 TFUE)

3.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Riferiment ġenerali għall-provi esposti fil-kuntest tal-ewwel motiv insostenn tat-tieni – Inammissibbiltà

[Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d)]

4.      Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija omm u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Eżerċizzju ta’ influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja li jista’ jiġi dedott minn sensiela ta’ indizji dwar rabtiet ekonomiċi, organizzazzjonali u legali mal-kumpannija omm tagħha – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata

(Artikolu 101(1) TFUE)

5.      Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija omm u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Eżerċizzju ta’ influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja li jista’ jiġi dedott minn sensiela ta’ indizji dwar rabtiet ekonomiċi, organizzazzjonali u legali mal-kumpannija omm tagħha – Ċirkustanzi li jippermettu li tiġi attestata l-eżistenza ta’ influwenza determinanti – Kontroll effettiv tal-bord ammistrattiv tas-sussidjarja – Riċezzjoni regolari ta’ informazzjoni dwar l-istrateġija kummerċjali tas-sussidjarja – Aġir ta’ proprjetarju industrijali

(Artikolu 101(1) TFUE)

6.      Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija omm u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija omm fuq is-sussidjarji miżmuma fit-totalità jew fil-kważi totalità minnha – Natura konfutabbli – Kumpannija omm li taġixxi bħala sempliċi investitur finanzjarju

(Artikolu 101(1) TFUE)

7.      Kompetizzjoni – Multi – Deċiżjoni li timponi multi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Indikazzjoni tar-raġunijiet li wasslu lill-Kummissjoni żżomm kumpannija omm responsabbli in solidum għall-ħlas tal-multa imposta fuq is-sussidjarji tagħha

(Artikolu 296 TFUE)

8.      Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Imputazzjoni – Kumpannija omm u sussidjarji – Unità ekonomika – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija omm fuq is-sussidjarji miżmuma fit-totalità jew fil-kważi totalità minnha – Ksur tal-prinċipju tar-responsabbiltà personali – Assenza – Ksur tal-preżunzjoni tal-innoċenza – Assenza

(Artikolu 101 TFUE)

9.      Kompetizzjoni – Multi – Responsabbiltà in solidum għall-ħlas – Obbligu tal-Kummissjoni li tiddetermina l-ishma tal-kodebituri in solidum – Assenza

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

10.    Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Aċċess għall-fajl – Portata

[Artikolu 101 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(1)]

11.    Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Obbligi tal-Kummissjoni – Osservanza ta’ terminu raġonevoli – Annullament tad-deċiżjoni li tikkonstata ksur minħabba tul eċċessiv tal-proċedura – Kundizzjoni – Ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-impriżi kkonċernati – Evalwazzjoni fir-rigward tal-proċedura fl-intier tagħha – Assenza

(Artikolu 101 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003)

12.    Kompetizzjoni – Multi – Responsabbiltà in solidum għall-ħlas – Portata – Imputazzjoni lill-kumpannija omm tal-aġir tas-sussidjarja tagħha li jikkostitwixxi ksur – Konsegwenzi għall-kumappnija omm fil-każ ta’ annullament jew ta’ emenda tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

(Artikolu 101(1) TFUE)

1.      Fil-każ partikolari ta’ kumpannija omm li jkollha 100 % tal-kapital ta’ sussidjarja li tkun wettqet ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, minn naħa, din il-kumpannija omm tkun tista’ teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir ta’ din is-sussidjarja u, min-naħa l-oħra, teżisti preżunzjoni konfutabbli li l-imsemmija kumpannija omm teżerċita effettivament tali influwenza determinati fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-kumpannija omm tista’ titqies bħala responsabbli in solidum għall-ħlas tal-multa imposta fuq is-sussidjarja tagħha, sakemm din il-kumpannija omm, li għandha l-oneru li tirribatti din il-preżunzjoni, ma tipproduċix provi suffiċjenti sabiex turi li s-sussidjarja tagħha taġixxi b’mod awtonomu fis-suq.

Il-Kummissjoni għandha d-dritt tirrikorri għall-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti meta l-kumpannija omm tkun tinsab f’sitwazzjoni analoga għal dik ta’ proprjetarju esklużiv, fir-rigward tal-poter tagħha li teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha. Dan ikun il-każ meta kumpannija omm iżżomm it-totalità tad-drittijiet tal-vot assoċjati mal-ishma tas-sussidjarja tagħha, b’mod partikolari flimkien ma’ sehem b’maġġoranza kbira fil-kapital tal-imsemmija sussidjarja, b’mod li l-kumpannija omm tkun f’pożizzjoni li tiddetermina l-istrateġija ekonomika u kummerċjali tas-sussidjarja, anki jekk hija ma jkollhiex it-totalità jew il-kważi totalità tal-kapital azzjonarju ta’ ta’ din tal-aħħar.

Ċertament, ma jistax jiġi eskluż li, f’ċerti każijiet, l-azzjonisti minoritarji li ma jkollhomx drittijiet tal-vot assoċjati mal-ishma ta’ din is-sussidjarja, jistgħu jeżerċitaw, fir-rigward ta’ tali sussidjarja, ċerti drittijiet li, skont il-każ, ikollhom ukoll influwenza fuq l-aġir tal-istess sussidjarja. Madankollu, f’dawn iċ-ċirkustanzi, din il-kumpannija omm tista’ tirribatti l-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti billi tipproduċi elementi ta’ prova li juru li hija ma għandhiex tiddetermina l-politika kummerċjali tas-sussidjarja kkonċernata fis-suq.

(ara l-punti 44, 45, 49, 50, 52)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 69-75, 77)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 76)

4.      L-aġir ta’ sussidjarja li jikkostitwixxi ksur jista’ jiġi imputat lill-kumpannija omm partikolarment meta, għalkemm ikollha personalità ġuridika distinta, din is-sussidjarja ma tiddeterminax b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq, iżda tapplika essenzjalment l-istruzzjonijiet li jingħatawlha mill-kumpannija omm, b’mod partikolari fid-dawl tar-rabtiet ekonomiċi, organizzazzjonali u legali li jgħaqqdu lil dawn iż-żewġ entitajiet ġuridiċi. Sabiex jiġi evalwat jekk sussidjarja tiddeterminax b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi rilevanti kollha li jirrigwardaw l-imsemmija rabtiet, li jistgħu jvarjaw minn każ għal ieħor u li għalhekk ma jistgħux jiġu elenkati b’mod eżawrjenti. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ma tistax madankollu tillimita ruħha li tikkonstata li l-kumpannija omm hija f’pożizzjoni li teżerċita influwenza determinanti fuq l-aġir tas-sussidjarja tagħha, iżda għandha tivverifika wkoll jekk din l-influwenza ġietx effettivament eżerċitata.

Fir-rigward tal-istħarriġ ġudizzjarju ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li timputa l-aġir ta’ sussidjarja li jikkostitwixxi ksur lill-kumpannija omm, il-Qorti Ġenerali għandha tillimita ruħha, skont l-Artikolu 263 TFUE, għal stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjoni kkontestata fuq il-bażi tal-motivi inklużi f’dan l-att. L-eżerċizzju effettiv ta’ setgħa ta’ tmexxija tal-kumpannija omm fuq is-sussidjarja tagħha għandu, konsegwentement, jiġi evalwat mill-Qorti Ġenerali biss abbażi tal-provi miġbura mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni li timputa r-responsabbiltà tal-ksur lill-kumpannija omm.

(ara l-punti 81, 82, 84, 85)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 89-119, 125-142)

6.      L-imputazzjoni, lill-kumpannija omm, tar-responsabbiltà għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, imwettaq mis-sussidjarja tagħha, ma hijiex applikabbli għal sempliċi investituri finanzjarji, jiġifieri fil-każ ta’ investitur li għandu ishma f’kumpannija għall-finijiet ta’ profitt finanzjarju, iżda li ma huwa involut b’ebda mod fl-amministrazzjoni u fil-kontroll tagħha. Madankollu, il-fatt ta’ “sempliċi investitur finanzjarju” ma jikkostitwixxix kriterju ġuridiku iżda, kuntrarjament, eżempju ta’ ċirkustanza fejn kumpannija omm tkun libera li tikkonfuta l-preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti.

(ara l-punt 151)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 175-182)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 187-191)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 199-206)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 212-215, 228-234)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 238-253)

12.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 263-271)