Language of document :

Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 minn LS Cable & System Ltd mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-12 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-439/14: LS Cable & System vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-596/18 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: LS Cable & System Ltd (rappreżentanti: S. Spinks, S. Kinsella, Solicitors)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

taqta’ definittivament, skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u, fuq dik il-bażi, tannulla d-deċiżjoni1 sa fejn tikkonċerna lill-appellanti u, fl-eżerċizzju tal-kompetenza illimitata tagħha, tnaqqas il-multa imposta fuq l-appellanti;

jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ma kellhiex tagħti deċiżjoni fuq din il-kawża, tirriżerva l-ispejjez u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex teżamina l-kwistjoni mill-ġdid, skont id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikolu 184 tar-Regoli tal-Proċedura.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mis-sentenza appellata billi tgħawweġ manifestament is-sens ċar tal-evidenza fir-rigward tat-talbiet tal-appellanti għal proġetti taż-ŻEE.

It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mis-sentenza appellata billi ġie konkluż li l-appellanti aderixxiet mal-ftehim tat-territorju tad-domiċilju li jirriżulta mill-parteċipazzjoni tar-rappreżentant tagħha f’laqgħa u li, għaldqastant, il-ġurisprudenza tat-tbegħid pubbliku kienet applikabbli għaliha.

It-tielet aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mis-sentenza appellata billi ġie konkluż li l-appellanti setgħet tikkonfuta l-preżunzjoni ta’ adeżjoni mal-prinċipju ta’ territorju tad-domiċilju, li tirriżulta mill-parteċipazzjoni tar-rappreżentant tagħha, biss billi “tbiegħed pubblikament” lilha nnifisha fil-laqgħa.

____________

1 Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139 finali li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.