Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Awwissu 2018 – Gesamtverband Autoteile-Handel e.V. vs KIA Motors Corporation

(Kawża C-527/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gesamtverband Autoteile-Handel e.V.

Konvenuta: KIA Motors Corporation

Domandi preliminari

L-informazzjoni li l-manifatturi għandhom jipprovdu lil operaturi indipendenti skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 1 għandha tkun f’format li jista’ jiġi pproċessat elettronikament?

Ikun hemm diskriminazzjoni pprojbita fil-konfront ta’ operaturi indipendenti, fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, meta manifattur jiftaħ kanal ta’ informazzjoni ieħor għall-bejgħ ta’ partijiet ta’ bdil oriġinali minn konċessjonarji u mekkaniks awtorizzati billi jirrikorri għal fornitur ta’ servizzi ta’ informazzjoni?

____________

1     Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU 2007, L 171, p. 1).