Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien (l-Awstrija) fis-7 ta’ Settembru 2018 – Austrian Airlines AG vs MG, NF

(Kawża C-566/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Handelsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Austrian Airlines AG

Konvenuti: MG, NF

Domandi preliminari

L-Artikoli 5 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 1 għandhom jiġu interpretati fis-sens li bis-saħħa tal-imsemmi regolament, passiġġieri tal-ajru jisgħu jkunu intitolati għal diversi kumpensi abbażi tal-istess reżervazzjoni meta t-titjira li fuqha jkun ittrasferihom it-trasportatur tiġi kkanċellata jew imdewma b’iktar minn tliet sigħat, b’tali mod li l-kumpens previst mill-Artikolu 7 tiegħu ma huwiex fil-forma ta’ somma f’daqqa iżda jkun jiddependi min-numru ta’ kanċellazzjonijiet jew mill-importanza tal-kanċellazzjonijiet u tad-dewmien marbut magħhom?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: dan kif għandu jiġi kkonċiljat mal-prinċipju stabbilit permezz tas-sentenza tad-19 ta’ Novembru 2009, Sturgeon et (C-402/07 u C-432/07) 2 , li jgħid li l-Artikolu 5 tal-imsemmi regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li l-passiġġieri ta’ titjiriet imdewma jistgħu jiġu assimilati għall-passiġġieri ta’ titjiriet ikkanċellati għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dritt għal kumpens meta, fir-rigward ta’ dan id-dritt, is-sentenza tat-23 ta’ Ottubru 2012, Nelson et (C-581/10 u C-629/10) 3 , ikkonstatat li t-tul ta’ dewmien ta’ iktar minn tliet sigħat ma jitteħidx inkunsiderazzjoni għad-determinazzjoni tal-kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa?

____________

1     Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).

2     EU:C:2009:716.

3     EU:C:2012:657.