Language of document : ECLI:EU:C:2018:1042





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2018 – Mennica Wrocławska

(Kawża C-491/18)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikoli 168, 178 u 226 – Rifjut tad-dritt għal tnaqqis – Indikazzjoni żbaljata tal-merkanzija fuq il-fatturi”

Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Ħolqien u estent tad-dritt għal tnaqqis – Modalitajiet tal-eżerċizzju tad-dritt għal tnaqqis – Rifjut tad-dritt għal tnaqqis minħabba l-indikazzjoni żbaljata tal-merkanzija fuq il-fatturi – Inammissibbiltà – Provvista preċedenti lill-awtoritjaiet fiskali ta’ dokumenti u spjegazzjonijiet neċessarji għad-determinazzjoni tas-suġġett reali tat-tranżazzjonijiet – Assenza ta’ effett

(Direttiva tal-Kunsill 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/45, Artikoli 168(a), 178(a) u 226)

(ara l-punt 47 u d-dispożittiv)

Dispożittiv

L-Artikolu 168(a), l-Artikolu 178(a) u l-Artikolu 226 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat-13 ta’ Lulju 2010, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu lill-awtoritajiet fiskali nazzjonali milli jirrifjutaw lill-persuna taxxabbli d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew imħallsa bħala taxxa tal-input għar-raġuni biss li l-fatturi redatti jinkludu żball marbut mal-identifikazzjoni tal-merkanzija li tikkostitwixxi s-suġġett tat-tranżazzjonijiet ikkonċernati, u dan anki jekk il-persuna taxxabbli pprovdiet lill-awtoritjiaet fiskali, qabel ma dawn tal-aħħar ħadu deċiżjoni fir-rigward tagħha, id-dokumenti u l-ispjegazzjonijiet neċessarji għad-determinazzjoni tas-suġġett reali ta’ dawn it-tranżazzjonijiet u li jikkonfermaw ir-realtà tagħhom.