Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-30 ta’ Jannar 2019 – Verein Deutsche Sprache eV vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-440/18 P) 1

(Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti dwar deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tibdil tal-apparenza tas-sala tal-istampa tal-bini Berlaymont konnessa mal-limitazzjoni sabiex jintwerew biss il-lingwa Franċiża u Ingliża – Rifjut li jingħata aċċess sħiħ)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Verein Deutsche Sprache eV (rappreżentant: W. Ehrhardt, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Verein Deutsche Sprache eV għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1     ĠU C 294, 20.8.2018.