Language of document : ECLI:EU:C:2019:2





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-8 ta’ Jannar 2019 – Emcur vs EUIPO

(Kawża C-533/18 P)

“Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali EMCURE – Ċaħda parzjali tal-oppożizzjoni”

1.      Appell – Aggravji – Aggravji manifestament inammissibbli jew manifestament infondati  – Ċaħda f’kull mument, permezz ta’ digriet motivat, mingħajr proċedura orali

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 181)

(ara l-punti 3, 6)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Natura komplementari tal-prodotti jew tas-servizzi – Perċezzjoni mill-pubbliku rilevanti tal-importanza li prodott jew servizz għandu fl-użu ta’ prodott jew servizz ieħor

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

(ara l-punt 5)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud għaliex manifestament infondat.

2)

Emcur Gesundheitsmittel aus Bad Ems GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.