Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2019 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-135/15) 1

(“FAEG – Infiq eskluż mill-finanzjament – Infiq magħmul mill-Italja – Skema temporanja ta’ ristrutturazzjoni tal-industriji taz-zokkor –Regolament (KE) Nru 320/2006 – Regolament (KE) Nru 968/2006 – Terminu ta’ 24 xahar – Kunċett ta’ “miżura multiannwali” – Kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna għar-ristrutturazzjoni – Kunċett ta’ “faċilità ta’ produzzjoni” – Klassifikazzjoni tas-silos – Kunċett ta’ “żarmar sħiħ” – Anness 2 tad-dokument Nru VI/5330/97 – Diffikultajiet fl-interpretazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni – Kooperazzjoni leali – Aspettattivi leġittimi –Ne bis in idem – Primjums għall-qatla – Miżuri ta’ informazzjoni u promozzjoni tal-prodotti agrikoli – Pagamenti tardivi – Prova tal-eżistenza ta’ kundizzjonijiet partikolaritajiet ta’ ġestjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Żball ta’ traduzzjoni f’waħda mill-verżjonijiet lingwistiċi ta’ regolament tal-Unjoni – Imputabbiltà tal-korrezzjoni finanzjarja għall-Istat Membru”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn C. Colelli, avukat tal-Istat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn D. Bianchi, P  Ondrůšek u I. Galindo Martín, aġenti, sussegwentement minn puis D. Bianchi u P  Ondrůšek, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/103 tas-16 ta’ Jannar 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 16, p. 33), sa fejn hija tirrigwarda certu nfiq magħmul mir-Repubblika Taljana,

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika tal-Italja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Ellenika għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1     ĠU C 155, 11.5.2015.