Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesfinanzhof - il-Ġermanja) – A & G Fahrschul-Akademie GmbH vs Finanzamt Wolfenbüttel

(Kawża C-449/17) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 132(1)(i) u (j) – Eżenzjoni, favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali – Edukazzjoni skolastika jew universitarja – Kunċett – Kors tas-sewqan tal-karozzi mogħti minn skola tas-sewqan)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A & G Fahrschul-Akademie GmbH

Konvenut: Finanzamt Wolfenbüttel

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “edukazzjoni skolastika jew universitarja” fis-sens tal-Artikolu 132(1)(i) u (j) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li din l-edukazzjoni ma tkoprix tagħlim tas-sewqan mogħti minn skejjel tas-sewqan, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, bil-għan li jinkisbu liċenzji tas-sewqan għall-vetturi tal-kategoriji B u C1 imsemmija fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan.

____________

1     ĠU C 330, 2.10.2017.