Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Krakowie (il-Polonja) fit-2 ta’ Jannar 2019 – VL vs Szpital Kliniczny im. dra J. Babińskiego Samodzielny Publiczny Zakład Opieki Zdrowotnej w Krakowie
(Kawża C-16/19)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Okręgowy w Krakowie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: VL
Konvenut: Szpital Kliniczny im. dra J. Babińskiego Samodzielny Publiczny Zakład Opieki Zdrowotnej w Krakowie
Domanda preliminari
L-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trattament differenti ta’ membri individwali ta’ grupp iddistingwit permezz ta’ karatteristika protetta (diżabbiltà) jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament jekk il-persuna li timpjega tittratta membri individwali ta’ dak il-grupp b’mod differenti abbażi ta’ kriterju apparentement newtrali, u dan il-kriterju ma jkunx jista’ jiġi ġġustifikat oġġettivament b’għan leġittimu, u jekk il-miżuri meħuda sabiex jintlaħaq dan l-għan ma jkunux xierqa u meħtieġa?
____________
1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.