Language of document :

Appell ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2019 miċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-25 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-286/15, KF vs SatCen

(Kawża C-14/19 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) (rappreżentant: A. Guillerme, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: KF, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, SATCEN jinvoka l-aggravji li jmiss:

il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li kellha ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwar il-kapi ta’ talbiet tar-rikorrenti f’dik il-kawża, peress li hija ma eżaminatx jekk il-kriterji li fuqhom hija bbażata l-ġurisdizzjoni tagħha kinux issodisfatti, minn naħa, u hija wettqet interpretazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, min-naħa l-oħra;

il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li kellha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi t-tilwima abbażi tal-Artikoli 263 u 268 TFUE;

il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti meta eżaminat it-talbiet ta’ KF fir-rigward tal-andament tal-investigazzjoni amministrattiva;

il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tas-SATCEN, kif ukoll tal-kunċett tad-drittijiet tad-difiża.

____________