Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ Frar 2019 – Rensen Shipbuilding BV, parti oħra: Inspecteur van de Belastingdienst vs Douane
(Kawża C-192/19)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof te Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rensen Shipbuilding BV
Parti oħra fil-proċedura: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane
Domanda preliminari
In-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 89 tan-Nomenklatura Magħquda tistabilixxi li taħt is-subintestaturi 8901 20 10 u 8901 90 10 intitolati “bastimenti għall-baħar” jaqgħu (b’mod partikolari) biss bastimenti ddisinjati għall-baħar. X’għandu jinftiehem, bit-terminu “għall-baħar”?
____________