Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2019 – Deray vs EUIPO – Charles Claire (LILI LA TIGRESSE)

(Kawża T-105/18) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali LILI LA TIGRESSE – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti TIGRESS – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001ˮ)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: André Deray (Bry-sur-Marne, Franza) (rappreżentant: S. Santos Rodríguez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Sipos u D. Walicka, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Charles Claire LLP (Weybridge Surrey, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2017 (Każ R 1244/2017-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Charles Claire u A. Deray.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

André Deray huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 134, 16.4.2018.