Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budapest Környéki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság) - l-Ungerija – Farmland Kft. vs Földművelésügyi Miniszter

(Kawża C-489/18) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja– Agrikoltura – Skemi ta’ għajnuna diretta – Skema ta’ pagament uniku – Applikazzjoni għal pagament uniku skont l-erja – Kriterji – Utent leġittimu tal-art agrikola)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budapest Környéki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Farmland Kft.

Konvenut: Földművelésügyi Miniszter

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapest Környéki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (il-Qorti Amministrattiva u Industrjali tad-Distrett ta’ Budapest, l-Ungerija), permezz tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Lulju 2018, hija manifestament inammissibbli.

____________

1     ĠU C 381, 22.10.2018.