Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Latvja) fl-20 ta’ Marzu 2019 – A vs Veselības ministrija

(Kawża C-243/19)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenuta: Veselības ministrija

Domandi preliminari

L-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, flimkien mal-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li Stat Membru jista’ jirrifjuta l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(1) tal-imsemmi regolament jekk fl-Istat Membru ta’ residenza tal-persuna jkun disponibbli trattament fi sptar li ma hemmx dubju fir-rigward tal-effettività medika tiegħu, iżda l-metodu ta’ trattament użat imur kontra l-konvinzjonijiet reliġjużi tal-imsemmija persuna?

L-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 2011/24/UE 2 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali, flimkien mal-Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru jista’ jiċħad l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) tal-imsemmija direttiva jekk fl-Istat ta’ affiljazzjoni tal-persuna huwa disponibbli trattament fi sptar li ma hemmx dubju fir-rigward tal-effettività medika tiegħu, iżda l-metodu ta’ trattament użat imur kontra l-konvinzjonijiet reliġjużi tal-imsemmija persuna?

____________

1 ĠU 2004, L 166, p. 1.

2 ĠU 2011, L 88, p. 45.