Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-27 ta’ Marzu 2019 – Canadian Solar Emea GmbH et vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-236/17 P) 1

(Appell – Dumping – Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u ta’ komponenti ewlenin tagħhom (ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinnati miċ-Ċina – Dazju kumpensatorju definittiv – Regolament (KE) Nru 1225/2009 – Artikolu 3(7) – Artikolu 9(4) – Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis tar-Regolament (UE) Nru 1168/2012)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Canadian Solar Emea GmbH, Canadian Solar Manufacturing (Changshu), Inc., Canadian Solar Manufacturing (Luoyang), Inc., Csi Cells Co. Ltd, Csi Solar Power Group Co. Ltd, li kienet Csi Solar Power (China), Inc. (rappreżentanti: J. Bourgeois, A. Willems, avocats, S. De Knop, M. Meulenbelt u B. Natens, advocaten)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Marcos Fraile, aġent, assistit minn N. Tuominen, avocată), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Kuplewatzky, J.-F. Brakeland u T. Maxian Rusche, aġenti)

Dispożittiv

L-appelli huma miċħuda.

Canadian Solar Emea GmbH, Canadian Solar Manufacturing (Changshu) Inc., Canadian Solar Manufacturing (Luoyang) Inc., Csi Cells Co. Ltd u Csi Solar Power Group Co. Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż marbuta mal-appell prinċipali.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha marbuta mal-appell prinċipali.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appell inċidentali.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu marbuta mal-appell inċidentali.

____________

1     ĠU C 239, 24.7.2017.