Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Marzu 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato - l-Italja) – Mobit Soc.cons.arl vs Regione Toscana (C-350/17), Autolinee Toscane SpA vs Mobit Soc.cons.arl (C-351/17)

(Kawżi Magħquda C-350/17 u C-351/17) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KE) Nru 1370/2007 – Servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq – Artikolu 5 – Għoti ta’ kuntratti għal servizzi pubbliċi – Artikolu 5(2) – Għoti dirett – Kunċett ta’ “operatur intern” – Awtorità li teżerċita kontroll simili – Article 8(2) – Sistema tranżitorja – Terminu ta’ skadenza tal-għoti dirett)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

(Kawża C-350/17)

Rikorrenti: Mobit Soc. cons. arl

Konvenuti: Regione Toscana

fil-preżenza ta’: Autolinee Toscane SpA, Régie Autonome des Transports Parisiens (RATP) (C-350/17)

(Kawża C-351/17)

Rikorrenti: Autolinee Toscane SpA

Konvenuti: Mobit Soc. cons. arl,

fil-preżenza ta’: Regione Toscana, Régie Autonome des Transports Parisiens (RATP) (C-351/17)

Dispożittiv

L-Artikolu 5 u l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament ma japplikax għal proċedura ta’ għoti mwettqa qabel it-3 ta’ Diċembru 2019, b’tali mod li awtorità kompetenti li tagħti, permezz ta’ deċiżjoni ta’ aġġudikazzjoni li tagħlaq proċedura ta’ sejħa għal offerti, qabel din id-data, kuntratt ta’ konċessjoni għal servizz pubbliku ta’ trasport lokali tal-passiġġieri bit-triq ma hijiex meħtieġa li tikkonforma ruħha mal-imsemmi Artikolu 5.

____________

1     ĠU C 330, 2.10.2017.