Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2019 – Aldridge et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-319/17) 1

(“Servizz pubbliku – Aġenti temporanji – OLAF – Kuntratt għal żmien mhux iddeterminat – Deċiżjoni tad-direttur tal-OLAF li tistabbilixxi l-klassifikazzjoni mill-ġdid unika għal grad superjuri – Talba sabiex tiġi mibdija proċedura annwali ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid – Miżura ta’ natura ġenerali – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Punt tat-tluq – Pubblikazzjoni fuq l-intranet – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Adam Aldridge (Schaerbeek, il-Belġju), u t-32 rikorrent l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Tymen u A. Champetier, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment L. Radu Bouyon u M. Mensi, sussegwentement L. Radu Bouyon u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) tal-15 ta’ Lulju 2016 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti intiża sabiex tiġi implementata proċedura annwali ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid kif ukoll tad-Deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF tat-13 ta’ Frar 2017 li tiċħad l-ilment imressaq kontra d-Deċiżjoni tal-15 ta’ Lulju 2016 u, min-naħa l-oħra, għar-riżarċiment tad-danni materjali u morali allegatament subiti mir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Adam Aldridge u l-aġenti l-oħra u ex aġenti temporanji tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) li isimhom huwa inkluż fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1     ĠU C 249, 31.7.2017.